Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2021 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-265/19) 1

(“FAEG u FAEŻR – Spejjeż esklużi mill-finanzjament – Spejjeż imwettqa mill-Italja – Apurement des comptes – Clearance tal-kontijiet – Korrezzjonijiet finanzjarji – Regolament (UE) Nru 1306/2013 – Riskju ta’ dannu finanzjarju – Regolament (KE) Nru 1290/2005 – Regolament (KE) Nru 885/2006 – Sejba amministrattiva jew ġudizzjarja primarja – Eżistenza ta’ irregolarità”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn R. Guizzi, A. Giordano u L. Vignato, avvocati dello Stato)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi, J. Aquilina u F. Moro, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/265 tat-12 ta’ Frar 2019 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2019, L 44, p. 14), sa fejn tirrigwarda ċerti spejjeż imwettqa mir-Repubblika Taljana.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/265 tat-12 ta’ Frar 2019 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), hija annullata sa fejn din teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni ċerti spejjeż imwettqa mir-Repubblika Taljana, sal-ammont ta’ EUR 305 122.74.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika Taljana u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 206, 17.6.2019.