Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta' Diċembru 2011 - Spa Monopole vs UASI - Royal Mediterranea (THAI SPA)

(Kawża T-663/11)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV (Spa, il-Belġju) (rappreżentanti: L. De Brouwer, E. Cornu u E. De Gryse, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijet oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Royal Mediterranea, SA (Madrid, Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlobu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Awla tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-20 ta' Ottubru 2011, fil-Każ R 1238/2010-4 ;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Royal Mediterranea, SA.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali "THAI SPA" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 41 u 43.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti.

Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjonijiet Benelux tat-trade marks verbali "SPA" u "Les Thermes de Spa" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 32 u 42 (li issa saret il-klassi 44).

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni : Oppożizzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 sa fejn il-Bord tal-Appell ma aċċettax xebh bejn "servizzi ta' ristoranti (ikel)" fil-klassi 43 indikati fit-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni u l-"ilma minerali u bil-gass u xorb ieħor mhux alkoħoliku, xiropp u preparamenti oħrajn sabiex isir xorb" indikati fit-trade mark verbali "SPA" li hija s-suġġett tar-reġistrazzjoni Benelux; ksur tal-Artikolu 8(5) tal-imsemmi Regolament Nru 207/2009 sa fejn ir-Raba' Awla tal-Bord tal-Appell ma aċċettatx l-eżistenza ta' "rabta" bejn it-trade marks "SPA" fil-klassi 32 u "THAI SPA" fil-klassi 42; u ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-Artikolu 75 tal-imsemmi Regolament Nru 207/2009.

____________