Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta' Diċembru 2011 - Budziewska vs UASI - Puma AG Rudolf Dassler Sport (rappreżentazzjoni ta' puma)

(Kawża T-666/11)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Danuta Budziewska (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: J. Masłowski, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Puma AG Rudolf Dassler Sport (Herzogenaurach, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-12 ta' Settembru 2011, fil-Każ R 1137/2010-R, li tiċħad l-appell ippreżentat mir-rikorrenti kontra d-deċiżjoni li tannulla d-dritt tagħha għal disinn; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: disinn (rappreżentazzjoni ta' puma) irreġistrat taħt in-Nru 697016-0001, u ppubblikat f'isem ir-rikorrenti fil-Bullettin tat-Trade Marks Komunitarji tat-2 ta' Mejju 2007.

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: l-abbozz tad-disinn ma jissodisfax id-definizzjoni ta' disinn kif stabbilita fl-Artikolu 3(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta' Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 142) u naqas ukoll milli jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 9 tar-Regolament Nru 6/20002, flimkien ma' raġunijiet ta' invalidità oħra skont l-Artikolu 25(1)(ċ), (d), (e), (f) u (g) ta' dak ir-regolament.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: dritt għal disinn annullat

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 6/2002 minħabba r-rifjut li tittieħed inkunsiderazzjoni n-natura individwali tad-disinn kif stabbilit mir-rikorrenti.

____________