Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 – Spanja et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-515/13 RENV u T-719/13 RENV) 1

“Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Spanjoli favur ċerti gruppi ta’ interess ekonomiku (GIE) u l-investituri tagħhom – Skema fiskali applikabbli għal ċerti ftehimiet ta’ lokazzjoni-finanzjament għax-xiri ta’ bastimenti (skema Spanjola ta’ leasing fiskali) – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru parzjali tagħha – Natura selettiva – Obbligu ta’ motivazzjoni – Irkupru tal-għajnuna – Ugwaljanza fit-trattament – Aspettattivi leġittimi – Ċertezza legali”

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent fil-kawża T-515/13 RENV: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: S. Centeno Huerta, aġent)

Rikorrenti fil-kawża T-719/13 RENV: Lico Leasing, SA (Madrid, Spanja) Pequeños u Medianos Astilleros Sociedad de Reconversión, SA (Madrid) (rappreżentanti: M. Merola u M. Sánchez, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, É. Gippini Fournier u P. Němečková, aġenti)

Partijiet intervenjenti fil-Kawża T-719/13 RENV, insostenn tar-rikorrenti: Bankia, SA (València, Spanja) u t-32 intervenjenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u A. Lamadrid de Pablo, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/200/UE tas-17 ta’ Lulju 2013 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.21233 C/11 (ex NN/11, ex CP 137/06) mogħtija minn Spanja – Reġim tat-taxxa applikabbli għal ċerti ftehimiet ta’ lokazzjoni finanzjarja magħruf ukoll bħala s-Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni (ĠU 2014, L 114, p. 1).

Dispożittiv

Ir-rikorsi huma miċħuda.

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-Kawża C-128/16 P u quddiem il-Qorti Ġenerali fil-kuntest tal-Kawżi T-515/13 u T-515/13 RENV.

Lico Leasing, SA u Pequeños y Medianos Astilleros Sociedad de Reconversión, SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-Kawża C-128/16 P u quddiem il-Qorti Ġenerali fil-kuntest tal-Kawżi T-719/13 u T-719/13 RENV.

Bankia, SA u l-partijiet intervenjenti l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-anness kif ukoll Aluminios Cortizo, SAU għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom fil-proċedura ta’ rinviju tal-Qorti Ġenerali.

____________

1     ĠU C 336, 16.11.2013.