Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2024 – Curaden vs EUIPO – Alfa Vita (toothbrush)

(Kawża T-181/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Curaden AG (Kriens, l-Isvizzera) (rappreżentant: B. Hanika, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alfa Vita s. r. o. (Praga, ir-Repubblika Ċeka)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tad-disinn Nru DM/084 061-0001 (toothbrush)

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: Proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Frar 2024 fil-Każ R 636/2023-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u d-deċiżjoni tal-20 ta’ Jannar 2023 tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni Nru ICD 117034;

tikkonstata li d-disinn kontenzjuż ma huwiex iddikjarat invalidu;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 4 u 5 u tal-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002.

____________