Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2024 – Wonderbox vs EUIPO – Swile (Wonderbox)

(Kawża T-200/24)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Wonderbox (Pariġi, Franza) (rappreżentant: O. Klimis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Swile (Montpellier, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “Wonderbox” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 14 980 874

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Frar 2024 fil-Każ R 776/2023-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata inkwantu din ikkanċellat it-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 14 980 874 Wonderbox, għall-prodotti u s-servizzi sussegwenti:

Klassi 16: biljetti, kaxxi tal-kartun jew tal-karti, kaxxi tar-rigali, fuljetti, pubblikazzjonijiet stampati, karti tal-kummerċ għajr għal-logħob, katalgi, kotba żgħar, kupuni intiżi li jiġu skambjati għal prodotti jew servizzi, kupuni ta’ rigali għal finijiet ta’ reklamar jew kummerċjali;

Klassi 35: reklamar, tqassim ta’ materjal ta’ reklamar (fuljetti, prospetti, materjal stampat, kampjuni); reklamar online fuq network tal-informatika; kiri ta’ ħin ta’ reklamar fuq kull mezz ta’ komunikazzjoni; pubblikazzjoni ta’ testi ta’ reklamar; kiri ta’ spazji ta’ reklamar, tqassim ta’ avviżi ta’ reklamar; tqassim ta’ kupuni ta’ xiri, ta’ kupuni ta’ rigali għal finijiet promozzjonali jew kummerċjali; servizzi ta’ promozzjoni ta’ bejgħ f’isem terzi; iddisinjar ta’ materjal ta’ reklamar; tqassim ta’ avviżi ta’ reklamar; tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ spazji ta’ bejgħ online għal xerrejja u bejjiegħa ta’ prodotti u servizzi; informazzjoni kummerċjali permezz ta’ siti web; negozjar u konklużjoni ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali għal terzi; promozzjoni ta’ bejgħ għal terzi; tqassim ta’ kupuni ta’ xiri b’valur monetarju għal finijiet promozzjonali jew kummerċjali;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) u (2), flimkien mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________