Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2024 – Terras de Sal - Comércio e Transformação de Sel Marinho Tradicional vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-193/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Terras de Sal - Comércio e Transformação de Sel Marinho Tradicional (Castro Marim, il-Portugall) (rappreżentanti: T. Lachacinski u F. Fajgenbaum, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara li għandha kompetenza;

tilqa’ t-talba tar-rikorrenti għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/423 tal-31 ta’ Jannar 2024 li jdaħħal isem fir-reġistru ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Sel de Camargue/Fleur de sel de Camargue (IĠP)) 1 ;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2024/423;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi li essenzjalment huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-kawża T-190/24, Comptoir Sel Solaire vs Il-Kummissjoni.

____________

1 ĠU L, 2024/423.