Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2018 – Keramag Keramische Werke et vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-379/10 RENV u T-381/10 RENV) 1
(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Franċiż tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Parteċipazzjoni fl-akkordju ta’ ċerti entitajiet – Evalwazzjoni mill-ġdid tal-provi”)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti fil-Kawża T-379/10 RENV: Keramag Keramische Werke GmbH, li kienet Keramag Keramische Werke AG (Ratingen, il-Ġermanja) u l-ħames rikorrenti l-oħrajn li isimhom jidher fl-anness għas-sentenza. Rikorrenti fil-Kawża T-381/10 RENV: Sanitec Europe Oy (Helsinki, il-Finlandja) (rappreżentanti: P. Lindfelt, K. Struckmann, avukati, u J. Killick, barrister)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, F. Ronkes Agerbeek u J. Norris-Usher, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 final tat-23 ta’ Ġunju 2010 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39092 – Installazzjonijiet sanitarji għal kmamar tal-banju), u, min-naħa l-oħra, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorenti f’dik id-deċiżjoni.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Keramag Keramische Werke GmbH u r-rikorrenti l-oħrajn li isimhom jidher fl-anness għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea fil-Kawżi C-613/13 P, T-379/10 RENV u T-381/10 RENV.
____________
1 ĠU C 301, 6.11.2010.