Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-24 ta' Settembru 2009 - Schell vs Il-Kummissjoni
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Għoti ta' punti ta' promozzjoni mid-Diretturi-Ġenerali - Proċedura ta' promozzjoni)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Arno Schnell (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: F. Frabetti, avocat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)
Suġġett
Servizz pubbliku - Annullament tar-rapport tal-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrent għall-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2006 u l-annullament tar-rapport ta' promozzjoni 2007 tiegħu.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
A. Schell huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha.
____________1 - ĠU C 142, 07.06.2008, p. 40.