Language of document : ECLI:EU:T:2012:652

SENTENZA TAL-QORTI ĠENERALI (Awla tal-Appell)

6 ta’ Diċembru 2012

Kawża T‑390/10 P

Paulette Füller‑Tomlinson

vs

Il-Parlament Ewropew

“Appell — Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Sigurtà soċjali — Mard ikkaġunat mix-xogħol — Iffissar tar-rata ta’ invalidità kkaġunata mix-xogħol — Applikazzjoni tal-iskala Ewropea ta’ evalwazzjoni għal finijiet mediċi ta’ ħsara għas-saħħa fiżika u mentali — Żnaturament tal-fatti — Terminu raġonevoli”

Suġġett:      Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tal-1 ta’ Lulju 2010, Füller-Tomlinson vs Il-Parlament (F-97/08), intiża għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Deċiżjoni:      L-appell huwa miċħud. Paulette Füller-Tomlinson għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew fil-kuntest tal-kawża preżenti.

Sommarju

1.      Appell — Aggravji — Aggravju indirizzat kontra raġuni superfluwa — Aggravju ineffettiv — Ċaħda

2.      Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti — Inammissibbiltà — Stħarriġ mill-Qorti Ġenerali tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament

(Artikolu 257 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Anness I, Artikolu 11(1))

3.      Appell — Aggravji — Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni — Użu mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta’ motivazzjoni impliċita — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36, u Anness I, Artikolu 7(1))

4.      Appell — Aggravji — Neċessità ta’ kritika preċiża ta’ punt tar-raġunament tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

(Artikolu 257 TFUE; Artikolu 11 tal-Anness I tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 138(1)(c))

5.      Uffiċjali — Sigurtà soċjali — Assigurazzjoni għall-inċidenti u għall-mard ikkaġunat mix-xogħol — Invalidità — Iffissar mill-iskala ta’ rata jew ta’ firxa ta’ rati ta’ invalidità — Setgħa diskrezzjonali tal-Kumitat Mediku — Limiti — Natura vinkolanti tal-iskala

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 73(1) u (2)(ċ); Regoli dwar l-assigurazzjoni għar-riskji ta’ inċidenti u għal mard ikkaġunat mix-xogħol, Artikolu 11)

6.      Appell — Aggravji — Motiv imressaq għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell — Inammissibbiltà

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 48(2), 139(2) u 144)

7.      Uffiċjali — Sigurtà soċjali — Assigurazzjoni għall-inċidenti u għall-mard ikkaġunat mix-xogħol — Rikonoxximent tal-oriġini professjonali tal-marda u ffissar tal-grad ta’ invalidità permanenti — Proċedura — Tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ wieħed jew iktar tobba nnominati mill-istituzzjonijiet tad-dokumenti rilevanti kollha — Assenza ta’ inkjesta kompleta — Irregolarità

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 73; Regoli dwar l-assigurazzjoni għar-riskji ta’ inċidenti u għal mard ikkaġunat mix-xogħol, Artikolu 138)

8.      Dritt tal-Unjoni — Prinċipji — Osservanza ta’ terminu raġonevoli — Ksur fi proċedura amministrattiva — Effetti

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; Artikolu 41(1))

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 27 u 71)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 12 ta’ Novembru 1996, Ojha vs Il‑Kummissjoni, C‑294/95 P, Ġabra p. I‑5863, punt 52; 7 ta’ April 2011, Il‑Greċja vs Il‑Kummissjoni, C‑321/09 P, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 61

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: 6 ta’ Marzu 2012, Il-Kummissjoni vs Liotti, T-167/09 P, punt 21 u l-ġurisprudenza ċċitata

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 41, 96 u 110)

Referenza:

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: 15 ta’ Mejju 2012, Nijs vs Il-Kummissjoni, T‑184/11 P, punt 29 u l-ġurisprudenza ċċitata

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 44)

Referenza:

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: 2 ta’ Lulju 2010, Kerstens vs Il-Kummissjoni, T‑266/08 P u l-ġurisprudenza ċċitata

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 48, 49, 77 u 78)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 4 ta’ Lulju 2000, Bergaderm u Goupil vs Il-Kummissjoni, C‑352/98 P, Ġabra p. I‑5291, punt 34; 8 ta’ Jannar 2002, Franza vs Monsanto u Il-Kummissjoni, C‑248/99 P, Ġabra p. I‑1, punt 68; 28 ta’ Ġunju 2005, Dansk Rørindustri et vs Il-Kummissjoni, C‑189/02 P, C‑202/02 P, C‑205/02 P sa C‑208/02 P u C‑213/02 P, Ġabra p. I‑5425, punt 426

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: 19 ta’ Marzu 2010, Bianchi vs ETF, T‑338/07 P, punt 59; 10 ta’ Frar 2012, AG vs Il-Parlament, T‑98/11 P, punt 24, u l-ġurisprudenza ċċitata

5.      L-inċiż (ċ) tal-Artikolu 73(2) tar-Regolamenti tal-Persunal li jippreċiża li, fil-każ ta’ invalidità permanenti parzjali, il-kumpens li jitħallas lill-persuna interessata jiġi “maħdum b’riferenza għall-iskala mniżżla fir-regoli” komuni dwar l-assigurazzjoni għar-riskji ta’ inċidenti u għal mard ikkaġunat mix-xogħol tal-uffiċjali, ma jagħtix lill-iskala natura vinkolanti. Formulazzjoni bħal din, li timplika biss li l-kumpens inkwistjoni jiġi kkalkolat skont it-tipi ta’ preġudizzju għall-integrità fiżika u psikika elenkati mill-iskala u mir-rati ta’ invalidità jew mill-firxa tar-rati ta’ invalidità li huma assoċjati magħhom, ma tistax titqies li tagħti indikazzjoni fuq in-natura vinkolanti jew fakultattiva tal-iskala.

Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 11(1) tar-regoli ta’ assigurazzjoni, li jippreċiża li l-invalidità permanenti totali jew parzjali tiġi kkalkolata fuq il-preġudizzju għall-integrità fiżika u psikika “kif iffissata mill-iskala Ewropea”, għandu jiġi interpretat, minħabba l-kliem użat, li jimponi li l-preġudizzju għall-integrità fiżika u psikika jiġi ddeterminat skont l-iskala, li jagħti b’hekk lilha natura vinkolanti.

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, għaldaqstant, ma wettaqx żball ta’ liġi, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-inċiż (ċ) tal-Artikolu 73(2) tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 11(1) tar-regoli dwar l-assigurazzjoni, meta qies li l-libertà ta’ evalwazzjoni tal-Kumitat Mediku tirrigwarda biss il-konstatazzjoni tal-patoloġija li jbati minnha l-assigurat u li, ladarba tkun twettqet din il-konstatazzjoni, meta jiġi ddeterminat il-preġudizzju għall-integrità fiżika u psikika tal-persuna assigurata, din il-libertà ta’ evalwazzjoni tinsab marbuta mal-iskala.

(ara l-punti 60 sa 62)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 94)

Referenza:

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: Nijs vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punti 29 u 66, u l-ġurisprudenza ċċitata

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 105)

Referenza:

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: 3 ta’ Marzu 2004, Vainker vs Il-Parlament, T‑48/01, ĠabraSP p. I‑A‑51 u II‑197, punt 133

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 115 u 116)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 13 ta’ Diċembru 2000, SGA vs Il-Kummissjoni, C‑39/00 P, Ġabra p. I‑11201, punt 44; Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: 13 ta’ Jannar 2004, JCB Service vs Il-Kummissjoni, T‑67/01, Ġabra p. II‑49, punti 36 u 40, u l-ġurisprudenza ċċitata; 11 ta’ April 2006, Angeletti vs Il-Kummissjoni, T‑394/03, ĠabraSP p. I‑A‑2‑95 u II‑A‑2‑441, punt 162