Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta' Mejju 2011 - Flaco-Geräte vs UASI - Delgado Sánchez (FLACO)

(Kawża T-74/10)1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FLACO - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti FLACO - Raġuni relattiva għal rifjut - Identità tal-prodotti - Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Talba għall-prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti mressqa għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 u Regola 22 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Flaco-Geräte GmbH (Gütersloh, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Wirtz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Jesús Delgado Sánchez (Socuellamos, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta' Novembru 2009 (Każ R 86/2009-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn J. Delgado Sánchez u Flaco-Geräte GmbH.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Flaco-Geräte GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 100, 17.4.2010.