Language of document : ECLI:EU:T:2013:449

Kawża T‑380/10

Wabco Europe et

vs

Il‑Kummissjoni Ewropea

“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-Belġju, tal-Ġermanja, ta’ Franza, tal-Italja, tal-Pajjiżi l-Baxxi u tal-Awstrija tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Distorsjoni tal-kompetizzjoni — Prova — Kalkolu tal-ammont tal-multa — Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva — Komunikazzjoni tal-2002 dwar il-kooperazzjoni — Immunità minn multi — Tnaqqis tal-ammont tal-multa — Valur miżjud sinjifikattiv — Linji gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi — Prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla)
tas-16 ta’ Settembru 2013

1.      Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Ġurisdizzjoni sħiħa tal-qorti tal-Unjoni — Portata — Teħid inkunsiderazzjoni tal-linji gwida għall-kalkolu tal-multi — Limiti — Osservanza tal-prinċipji ġenerali tad-dritt

(Artikolu 261 TFUE u 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 31; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02)

2.      Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti

(Artikoli 101(1) TFUE u 263 TFUE)

3.      Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet fundamentali — Preżunzjoni ta’ innoċenza — Proċeduri fil-qasam tal-kompetizzjoni — Applikabbiltà

(Artikolu 6(2) UE; Artikolu 101(1) TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47 u 48(1))

4.      Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Modalità ta’ prova — Użu ta’ sensiela ta’ indizji — Grad ta’ saħħa probatorja neċessarja fir-rigward tal-indizji kkunsidrati individwalment

(Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2)

5.      Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Prova tat-tul tal-ksur li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni — Portata tal-oneru probatorju

(Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2)

6.      Akkordji — Prattika miftiehma — Kunċett — Koordinazzjoni u kooperazzjoni inkompatibbli mal-obbligu ta’ kull impriża li tiddetermina b’mod awtonomu l-aġir tagħha fis-suq — Skambju ta’ informazzjoni bejn kompetituri — Għan jew riżultat antikompetittiv — Preżunzjoni — Kundizzjonijiet — Informazzjoni dwar prodott ikkummerċjalizzat f’suq li ma jikkonċernax lil impriżi kompetituri — Assenza ta’ preżunzjoni

(Artikolu 101(1) TFUE)

7.      Akkordji — Ftehimiet u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku — Kunċett — Ftehim globali — Kriterji — Għan uniku — Kundizzjoni — Eżistenza ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni li taffettwa kull wieħed mis-swieq ta’ prodotti koperti minn dan il-ksur uniku

(Artikolu 101(1) TFUE)

8.      Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Regolarizzazzjoni ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni matul il-proċedura kontenzjuża — Kundizzjonijiet — Ċirkustanzi eċċezzjonali

(Artikolu 296 TFUE)

9.      Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Tnaqqis tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża implikata — Kundizzjonijiet — Valur miżjud sinjifikattiv tal-provi prodotti mill-impriża kkonċernata — Portata — Teħid inkunsiderazzjoni tal-element kronoloġiku tal-kooperazzjoni pprovduta — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Portata

(Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal‑Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 18 u 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2002/C 45/03, punti 20 sa 23)

10.    Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Risposta — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Dokumenti annessi mar-rikors jew mar-risposta — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ))

11.    Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Nuqqas ta’ retroattività tad-dispożizzjonijiet kriminali — Kamp ta’ applikazzjoni — Multi imposti għal ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni — Inklużjoni — Ksur eventwali minħabba l-applikazzjoni għal ksur li seħħ qabel l-introduzzjoni tal-linji gwida għall-kalkolu tal-multi — Natura prevedibbli tal-emendi introdotti mil-linji gwida — Assenza ta’ ksur

(Artikolu 101(1) TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 49; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni 98/C 9/03 u 2006/C 210/02)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 28, 140, 186, 195, 196)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 42‑44)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 45, 46)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 47‑52, 94)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 53)

6.      Fil-qasam tal-kompetizzjoni, il-provvista ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva, bħall-iskambju ta’ żidiet futuri fil-prezzijiet, għandha, meta din l-informazzjoni hija indirizzata lil impriża jew lil impriżi kompetituri, effett antikompetittiv inkwantu l-awtonomija ta’ aġir fis-suq tal-impriżi inkwistjoni tkun immodifikata. Fil-preżenza ta’ tali prattiki antikompetittivi, il-Kummissjoni ma hijiex obbligata tagħti prova tal-effetti antikompetittivi tagħhom fis-suq inkwistjoni jekk dawn jistgħu, fid-dawl tal-kuntest ġuridiku u ekonomiku li taħtu huma jaqgħu, jirrestrinġu jew joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern.

Min-naħa l-oħra, ma tistax issir il-preżunzjoni li ftehim jew prattika miftiehma li tikkonsisti, għal impriżi, fl-iskambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva, iżda relatata ma’ prodott ikkummerċjalizzat f’suq li fih huma ma humiex kompetituri, għandha għan jew effett antikompetittiv f’dan is-suq. Fil-fatt, prattika li tikkonsisti, għal impriża attiva f’żewġt iswieq distinti ta’ prodotti, fit-trażmissjoni, lill-kompetituri tagħha preżenti fl-ewwel suq, ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva relatata mat-tieni suq, li fih dawn il-kompetituri ma humiex preżenti, fil-prinċipju ma hijiex ta’ natura li tinfluwenza s-sitwazzjoni tal-kompetizzjoni eżerċitata f’dan it-tieni suq.

(ara l-punti 78, 79)

7.      Fil-qasam tal-kompetizzjoni, hemm ksur uniku meta ftehim jew prattiki miftiehma li, filwaqt li jikkonċernaw oġġetti, servizzi jew territorji distinti, jifformaw parti minn pjan ġenerali implementat intenzjonalment minn impriżi bil-għan tat-twettiq ta’ għan uniku antikompetittiv. Madankollu, il-konstatazzjoni ta’ tali ksur ma hijiex ta’ natura li telimina l-kundizzjoni preliminari relatata mal-eżistenza ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni li taffettwa kull wieħed mis-swieq ta’ prodotti koperti minn dan il-ksur uniku.

(ara l-punt 92)

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 107, 110)

9.      Fil-qasam tal-kompetizzjoni, il-Kummissjoni ddefinixxiet, fl-Avviż dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ kartell, il-kundizzjonijiet li fihom l-impriżi li jikkooperaw magħha matul l-investigazzjoni tagħha dwar akkordju jistgħu jiġu eżenti mill-multa jew jibbenefikaw minn tnaqqis tal-ammont tal-multa li huma kien ikollhom iħallsu.

Huwa inerenti għal-loġika ta’ dan l-avviż li l-effett mixtieq huwa li tinħoloq klima ta’ inċertezza fi ħdan l-akkordji billi titħeġġeġ id-denunzja tagħhom lill-Kummissjoni. Din l-inċertezza tirriżulta preċiżament mill-fatt li l-parteċipanti fl-akkordju jafu li wieħed biss fosthom jista’ jibbenefika minn immunità minn multa billi jiddenunzja lill-parteċipanti l-oħrajn fil-ksur, biex b’hekk ikunu esposti għar-riskju li jiġu imposti multi fuqhom. Fil-kuntest ta’ din is-sistema, u skont l-istess loġika, l-impriżi li jipprovdu l-kooperazzjoni tagħhom l-iktar malajr jibbenefikaw minn tnaqqis ikbar tal-multi li kieku kienu jeħlu minn dak mogħti lill-impriżi li jikkooperaw inqas malajr. Għaldaqstant l-ordni kronoloġiku u l-ħeffa tal-kooperazzjoni offruta mill-membri tal-kartell jikkostitwixxu elementi fundamentali tas-sistema stabbilita minn dan l-avviż.

F’dan ir-rigward, għalkemm il-Kummissjoni hija obbligata timmotiva r-raġunijiet li għalihom hija tqis li elementi pprovduti minn impriżi fil-kuntest ta’ komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni jikkostitwixxu kontribuzzjoni li tiġġustifika jew le tnaqqis tal-multa imposta, huma min-naħa l-oħra l-impriżi li jixtiequ jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward li għandhom juru li l-informazzjoni pprovduta volontarjament minn dawn l-impriżi kienet determinanti sabiex hija tkun tista’ tagħti prova tal-essenzjal tal-ksur u għaldaqstant tadotta deċiżjoni li timponi multi. Fid-dawl tar-raġuni tat-tnaqqis, il-Kummissjoni ma tistax tinjora l-utilità tal-informazzjoni pprovduta, li neċessarjament tiddependi fuq il-provi li hija diġà għandha.

Meta, abbażi tal-kooperazzjoni, impriża tikkonferma biss, u dan b’mod inqas preċiż u espliċitu, ċerta informazzjoni diġà pprovduta minn impriża oħra abbażi tal-kooperazzjoni, il-grad ta’ kooperazzjoni pprovduta minn din l-impriża, minkejja li din tista’ xorta waħda tkun ta’ ċerta utilità għall-Kummissjoni, ma jistax jitqies li huwa paragunabbli ma’ dak ipprovdut mill-ewwel impriża li pprovdiet l-imsemmija informazzjoni. Dikjarazzjoni li essenzjalment tillimita ruħha li tikkorrobora dikjarazzjoni li l-Kummissjoni diġà effettivament kellha, ma tiffaċilitax ix-xogħol tal-Kummissjoni b’mod sinjifikattiv. Għaldaqstant, din ma tistax tkun suffiċjenti sabiex tiġġustifika tnaqqis tal-ammont tal-multa abbażi tal-kooperazzjoni. Barra minn hekk, il-kollaborazzjoni ta’ impriża fl-investigazzjoni ma tagħti ebda dritt għal tnaqqis ta’ multa meta din il-kollaborazzjoni ma tkunx marret lil hinn minn dak li kien jirriżulta mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 1/2003.

Fl-aħħar, anki jekk ikun hemm lok li jitqies li l-Kummissjoni kellha marġni ta’ diskrezzjoni fil-kuntest tal-eżami tal-valur miżjud sinjifikattiv ta’ informazzjoni pprovduta lilha skont il-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni, xorta jibqa’ l-fatt li l-Qorti Ġenerali ma tistax tibbaża ruħha fuq din il-marġni ta’ diskrezzjoni sabiex tirrinunzja milli teżerċita stħarriġ approfondit kemm ta’ dritt kif ukoll ta’ fatt tal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward

(ara l-punti 142, 147‑153)

10.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 162, 163)

11.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 175‑179)