Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta' Ottubru 2012 - Davril vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-448/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Philippe Davril (Épargnes, Franza) (rappreżentant: C.-É. Gudin, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tikkumpensa d-dannu kollu subit permezz ta' sanzjonijiet pekunjarji, jiġifieri s-somma ta' EUR 174 900;

tikkumpensa d-dannu morali kollu subit, jiġifieri s-somma ta' EUR 100 000;

tikkundanna lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għall-ispejjeż u l-ħlasijiet kollha:

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawżi T-195/11, Cahier et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni 2, u T-458/11, Rich vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni .

____________

1 - ĠU 2011, C 173, p. 14.

2 - ĠU 2011, C 298, p. 28.