Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – Orange Polska vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-486/11)1

(“Kompetizzjoni – Abbuż minn pożizzjoni dominanti – Suq Pollakk tat-telekomunikazzjonijiet – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 102 TFUE – Kundizzjonijiet imposti mill-operatur storiku sabiex jiġi awtorizzat l-aċċess remunerat ta’ operaturi ġodda fin-netwerk u għas-servizzi ta’ broadband għall-operaturi – Interess leġittimu sabiex jiġi kkonstatat ksur – Multi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Gravità tal-ksur – Ċirkustanzi attenwanti – Proporzjonalità – Ġurisdizzjoni sħiħa – Linji gwida għall-kalkolu tal-multi tal-2006”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Orange Polska S.A. li kienet Telekomunikacja Polska S.A. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: inizjalment M. Modzelewska de Raad, P. Paśnik, S. Hautbourg, avukati, A. Howard, barrister, u C. Vajda, QC, sussegwentement M. Modzelewska de Raad, P. Paśnik, S. Hautbourg, A. Howard u D. Beard, QC)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Gencarelli, K. Mojzesowicz u G. Koleva, sussegwentement K. Mojzesowicz, G. Koleva u M. Malferrari u finalment G. Koleva, M. Malferrari, É. Gippini Fournier u J. Szczodrowski, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Polska Izba Informatyki i Telekomunikacji (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: P. Rosiak u K. Karasiewicz, avukati)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: European Competitive Telecommunications Association (rappreżentanti: inizjalment P. Alexiadis u J. MacKenzie, sussegwentement J. MacKenzie, solicitors)

Suġġett

Minn naħa, talba għal annullament integrali jew parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 4378 finali, tat-22 ta’ Ġunju 2011, dwar proċedura ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 102 TFUE (Każ COMP/39.525 – Telekomunikazzjonijiet Pollakki), u, min-naħa l-oħra, talba maħsuba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta mill-Kummissjoni fl-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Orange Polska S.A. għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Polska Izba Informatyki i Telekomunikacji u l-European Competitive Telecommunications Association għandhom ibatu l-ispejjeż proprji tagħhom.

____________

1  ĠU C 340, 19.11.2011.