Language of document : ECLI:EU:T:2015:517

Kawża T‑485/11

(pubblikazzjoni ta’ estratti)

Akzo Nobel NV

u

Akcros Chemicals Ltd

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Kompetizzjoni — Akkordji — Swieq Ewropej tal-istabbilizzaturi tas-sħana — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Ksur imwettaq minn sussidjarja komuni — Multi — Responsabbiltà in solidum tas-sussidjarja u tal-kumpanniji parent — Preskrizzjoni deċennali għal waħda mill-kumpanniji parent — Deċiżjoni ta’ adozzjoni mill-ġdid — Tnaqqis tal-ammont tal-multa għal waħda mill-kumpanniji parent — Imputazzjoni tal-obbligu ta’ ħlas tal-ammont imnaqqas lis-sussidjarja u lill-kumpannija parent l-oħra — Drittijiet tad-difiża”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Lulju 2015

1.      Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet — Kontenut neċessarju — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Portata

(Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 27(1))

2.      Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Terminu inkompatibbli mar-rispett tad-drittijiet tad-difiża — Inammissibbiltà

(Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 27(1))

3.      Kompetizzjoni — Multi — Responsabbiltà in solidum għall-ħlas — Determinazzjoni tal-parti mill-kwota tal-multa li għandha tiġi sostnuta mill-kodebituri in solidum — Ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali

(Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 23(2) u (3), u 31)

4.      Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Preskrizzjoni fil-qasam tal-azzjonijiet — Sospensjoni — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li hija s-suġġett ta' proċedura pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja — Portata — Effett sospensiv erga omnes — Esklużjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 23, 25(3) u (6), u 26(2); Deċiżjoni Ġenerali Nru 715/78, Artikoli 2, 3 u 4(2))

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 66, 67)

2.      Fil-qasam tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża jeżiġi li l-impriża suġġetta għal investigazzjoni tkun f’pożizzjoni, matul il-proċeduri amministrattivi, li tikkomunika b’mod effettiv il-perspettiva tagħha dwar ir-realtà u r-rilevanza tal-fatti allegati kif ukoll dwar id-dokumenti kkunsidrati mill-Kummissjoni insostenn tal-allegazzjoni tagħha fir-rigward tal-eżistenza ta’ ksur tat-Trattat. F’dan ir-rigward, it-terminu stabbilit għall-impriża sabiex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha għandu jkun kompatibbli mar-rispett tad-drittijiet tad-difiża.

Għalhekk, ikun hemm ksur tad-drittijiet tad-difiża u, konsegwentement, annullament ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni, sa fejn ir-rikorrenti juru b’mod suffiċjenti mhux li, fin-nuqqas ta’ din l-irregolarità proċedurali, jiġifieri li kieku huma kellhom terminu suffiċjenti sabiex jesprimu l-perspettiva tagħhom, id-deċiżjoni kkontestata kien ikollha kontenut differenti, iżda li, fl-assenza ta’ din l-irregolarità, huma kienu jkunu jistgħu jiżguraw aħjar id-difiża tagħhom. Għal dan l-għan, wieħed għandu jqiegħed lilu nnifsu fl-istadju tal-proċedura amministrattiva li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.

(ara l-punti 68, 71, 72, 77, 82)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 74, 75)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 80)