Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Riigikohus (lEstonja) fit22 ta’ Marzu 2024 – A et vs Tallinna linn

(Kawża C-219/24, Tallinna linn)

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Qorti tar-rinviju

Riigikohus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A et

Konvenut: Tallinna linn

Domandi preliminari

L-Artikolu 14(3) u l-punti 1 u 2 tal-Anness VII tad-Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat18 ta’ Settembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati ma’ l-espożizzjoni għal aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol , moqrija flimkien mal-premessa 8, mal-Artikolu 1(1) u mal-Artikolu 3(1) u (2) ta’ din id-direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni li tipprovdi li persuna li timpjega hija awtorizzata timponi obbligu ta’ tilqim fir-rigward ta’ ħaddiema marbuta magħha permezz ta’ kuntratt ta’ xogħol u li jkunu esposti għal aġenti bijoloġiċi?1

Mistoqsijiet ta’ spjegazzjoni:

a)It-tilqim jikkostitwixxi miżura ta’ protezzjoni tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol fis-sens tal-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2000/54 li tista’ tiġi imposta minn persuna li timpjega fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ xogħol eżistenti mingħajr il-kunsens tal-ħaddiem espost għal aġenti bijoloġiċi?

b)Huwa konformi mal-Artikolu 1(3), mal-Artikolu 6(1) u (2)(a) u (g), u mal-Artikolu 9(1)(a) u (b) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol , u mal-Artikolu 3(1), mal-Artikolu 31(1) u mal-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea li persuna li timpjega timponi obbligu ta’ tilqim f’kuntest ta’ kuntratt ta’ xogħol eżistenti?1

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 48, rettifika fil-ĠU 2020 L 266, p. 36.

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 349, rettifika fil-ĠU 2023 L 77, p. 20.