Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007 - N vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-95/05)1

(Servizz pubbliku - Aġenti temporanji - Reklutaġġ - Pożiżżjoni ta' Kap ta' Amministrazzjoni - Pajjiżi terzi - Opinjoni kuntrarja tas-servizz mediku)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: N (Brussell) (rappreżentanti: l-ewwel K.H. Hagenaar, avocat, wara J. van Drooghenbroeck u T. Demaseure, avocats, fl-aħħar I. Kletzlen, avocate)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tirreklutax lir-rikorrenti bħala aġent temporanju fil-pożizzjoni ta' Kap ta' Amministrazzjoni fil-Ginea Conakry wara l-opinjoni kuntrarja tas-servizz mediku u, min-naħa l-oħra, talba għal danni.

Dispożittiv tas-sentenza

Id-deċiżjoni tad-Direttur tad-Direttorat K "Servizzi Esterni" tad-Direttorat Ġenerali "Relazzjonijiet Esterni" tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, tal-15 ta' April 2005, li tinforma lir-rikorrenit li mhux ser tiġi reklutata bħala Kap ta' Amministrazzjoni tad-delegazzjoni li tinsab f'Ginea hija annullata.

Għall-kumplament ir-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata tbati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 10 ta' 14.01.2006, p. 22 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej taħt in-numru T-377/05 u ttrasferita għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea b'digriet tal-15.12.2005).