Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Jannar 2012 - El Corte Inglés vs UASI - Ruan (B)
(Kawża T-593/10)
["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva B - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti B - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. L. Rivas Zurdo u E. Seijo Veiguela, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Jian Min Ruan (Mem Martins, il-Portugall)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta' Ottubru 2010 (Każ R 576/2010-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn El Corte Inglés, SA u Jian Min Ruan.
Dispożittiv
1) Ir-rikors huwa miċħud.
2) El Corte Inglés, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
____________1 - ĠU C 80, 12.3.2011.