Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ġunju 2014 – Cantina Broglie 1 vs UASI – Camera di Commercio, Industria, Artigianato e Agricoltura di Verona (RIPASSA)
(Kawża T-595/10) 1
[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali RIPASSA – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti VINO DI RIPASSO – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Obbligu ta’ motivazzjoni”]
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Cantina Broglie 1 Srl (Peschiera del Garda, l-Italja) (rappreżentanti: A. Rizzoli, avukat, ammess li jissostitwixxi lil A. Zenato)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Camera di Commercio, Industria, Artigianato e Agricoltura di Verona (Verona, l-Italja)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Settembru 2010 (Każ R 63/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn il-Camera di Commercio, Industria, Artigianato e Agricoltura di Verona u Alberto Zenato Dispożittiv1) Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-30 ta’ Settembru 2010 (Każ R 63/2010-1) hija annullata. 2) L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-pro
ċediment
i quddiem il-Bord tal-Appell.