Rikors ippreżentat fis-27 ta' Diċembru 2010 - El Corte Inglés vs UASI - Technisynthese (BTS)
(Kawża T-592/10)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: M. E. López Camba u J. L. Rivas Zurdo, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Technisynthese SARL (Saint Pierre Montlimart, Franza)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-23 ta' Settembru 2010, fil-Każ R 1380/2009-1, kollha kemm hi; u
tikkundanna lill-konvenut u lill-eventwali intervenjenti għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "BTS" għal prodotti fil-klassijiet 14, 18, 25 u 28.
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Technisynthese SARL.
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade marks figurattivi nazzjonali u Komunitarji li jinkludu l-element verbali "TBS" għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u oppożizzjoni milqugħa
Motivi invokati: nuqqas ta' prova tar-reputazzjoni u tal-użu tat-trade marks preċedenti u ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009
1, peress li ma hemmx probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.
____________1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).