Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta' Awwissu 2010 - Abercrombie & Fitch Europe vs UASI - Gilli (GILLY HICKS)

(Kawża T-336/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Abercrombie & Fitch Europe SA (Mendrisio, l-Isvizzera) (rappreżentanti: S. Malynicz, Barrister, D. Stone u L. Ritchie, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gilli Srl (Milano, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), tal-20 ta' Mejju 2010, fil-Każ R 832/2008-1, u;

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "GILLY HICKS", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 14, 25 u 35 - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 5194543

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-reġistrazzjoni tat- trade mark Komunitarja Nru 3566007 tat-trade mark figurattiva "GILLI", għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 14 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata parzjalment annullata

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, inkwantu l-Bord tal-Appell ma wettaqx paragun viżiv, fonetiku jew kunċettwali korrett tat-trade marks u konsegwentement wettaq żball fil-rigward tal-probabbiltà ta' konfużjoni.

____________