Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta' Jannar 2012 - Euris Consult vs Il-Parlament

(Kawża T-637/11 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratt pubbliku għal servizzi - Proċedura ta' sejħa għal offerti - Servizzi ta' traduzzjoni lejn il-Malti - Ċaħda tal-offerta ta' offerent - Modalitajiet ta' komunikazzjoni - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Telf ta' opportunità - Nuqqas ta' dannu gravi u irreparabbli - Nuqqas ta' urġenza")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Euris Consult Ltd (Floriana, Malta) (rappreżentant: F. Moyse, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Darie u F. Poilvache, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tat-18 ta' Ottubru 2011, meħuda fil-kuntest tal-proċedura ta' sejħa għal offerti (MT/2011/EU) għall-provvista ta' servizzi ta' traduzzjoni lejn il-Malti (ĠU S 56-090372) u li tiċħad l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________