Language of document : ECLI:EU:T:2014:802





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Settembru 2014 – Groupe Léa Nature vs UASI – Debonair Trading Internacional (SO’BiO ētic)

(Kawża T‑341/13)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SO’BiO ētic – Trade mark Komunitarja u trade mark nazzjonali verbali preċedenti SO… ? – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark preċedenti – Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Eżami tal-oppożizzjoni – Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti – Neċessità li tiġi rregolata din il-kwistjoni, meta titqajjem mill-applikant, qabel id-deċiżjoni dwar l-oppożizzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2)) (ara l-punt 21)

2.                     Dritt tal-Unjoni – Prinċipji – Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Kundizzjonijiet (ara l-punt 24)

3.                     Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Bordijiet tal-Appell – Klassifikazzjoni bħala amministrazzjoni tal-Uffiċċju – Dritt tal-partijiet għal “smigħ” xieraq – Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 62 sa 64) (ara l-punt 25)

4.                     Trade mark Komunitarja – Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju – Rispett tad-drittijiet tad-difiża – Portata tal-prinċipju (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 75) (ara l-punt 26)

5.                     Trade mark Komunitarja – Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Eżami tal-oppożizzjoni – Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti – Użu ġenwin – Kunċett – Interpretazzjoni fid-dawl tar-ratio legis tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3)); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 22(3)) (ara l-punt 31)

6.                     Trade mark Komunitarja – Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Eżami tal-oppożizzjoni – Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti – Użu ġenwin – Kunċett – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3)) (ara l-punti 42-45)

7.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 56-59)

8.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 63-66)

9.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Trade mark kumplessa – Determinazzjoni ta’ komponent(i) dominanti(i) (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 67)

10.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Elementi ta’ trade mark li għandhom karattru deskrittiv (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 68)

11.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark figurattiva SO’BiO ētic u trade marks verbali SO... ? (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 78, 79, 82-84, 87-90)

12.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux – Kundizzjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5)) (ara l-punt 99)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Marzu 2013 (Każ R 203/2011‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Debonair Trading Internacional Lda u Groupe Léa Nature SA.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-26 ta’ Marzu 2013 (Każ R 203/2011‑1) hija annullata.

2)

L-UASI u Debonair Trading Internacional Lda huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll l-ispejjeż ta’ Groupe Léa Nature SA.