Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-134/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Tymen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li teskludi l-eżistenza ta’ preġudizzju li jirriżulta mit-terminu impost mill-Kummissjoni sabiex jiġi stabbilit l-oriġini professjonali tal-marda tar-rikorrenti u li tikkumpensaha biss fl-ammont ta’ EUR 2000 għas-sitwazzjoni ta’ inċertezza fir-rigward tar-rikonoxximent tal-oriġini professjonali tal-marda tagħha, kif ukoll talba għall-kumpens għad-danni morali allegatament sostnuti.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-8 ta’ Awwissu 2014, irċevuta mir-rikorrenti b’ittra rreġistrata tal-1 ta’ Ottubru 2014, li tiċħad l-ilment tagħha tal-24 ta’ April 2014;sa fejn meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-3 ta’ Frar 2014, li laqgħet biss parzjalment it-talba għad-danni tar-rikorrenti tas-16 ta’ Ottubru 2013;tordna l-kumpens għad-danni morali tar-rikorrenti evalwati, ex aequo et bono fl-ammont ta’ EUR 20 000;tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.