Language of document : ECLI:EU:T:2012:422





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Settembru 2012 – L‑Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-379/09)

“Għajnuna mill-Istat — Eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fuq id-diżil użat għat-tisħin tas-serer — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tal-għajnuna mħallsa — Obbligu ta’ motivazzjoni — Natura selettiva — Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Direttiva 92/81/KEE — Direttiva 2003/96/KE — Qafas Komunitarju tal-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent”

1.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata n-nuqqas ta’ kompatibbiltà ta’ skemi ta’ għajnuna mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tal-għajnuna mħallsa — Obbligu ta’ motivazzjoni — Portata (Artikoli 87(1) KE, 88(2) u (3) KE u 253 KE) (ara l-punti 25, 32)

2.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Natura selettiva tal-miżura — Miżura ta’ tnaqqis fiskali li tibbenefika biss lill-utenti ta’ diżil għat-tisħin tas-serer — Inklużjoni — Ġustifikazzjoni min-natura u mill-istruttura tas-sistema fiskali nazzjonali — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Oneru tal-prova fuq l-Istat Membru kkonċernat (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 38, 42, 47, 48, 50, 51)

3.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fuq id-diżil użat għat-tisħin tas-serer — Inklużjoni — Eżistenza ta’ deroga mir-regoli tal-kompetizzjoni abbażi tal-Artikoli 33 KE u 36 KE jew tad-Direttivi 92/81 u 2003/96 — Assenza (Artikoli 33 KE, 36 KE, 37 KE u 87(1) KE; Direttivi tal-Kunsill 92/81 u 2003/96) (ara l-punti 42, 70-72, 88)

4.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Għajnuna ta’ importanza żgħira f’settur kompetittiv ħafna — Settur agrikolu (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 57, 58, 60)

5.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Projbizzjoni — Derogi — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Effett tar-regolamenti u tal-linji gwida adottati mill-Kummissjoni (Artikolu 87(3) KE) (ara l-punti 77, 78)

6.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Proċedura amministrattiva — Kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq komuni — Oneru tal-prova li jaqa’ fuq il-persuna li tagħti l-għajnuna u fuq il-benefiċjarju potenzjali tal-għajnuna (Artikolu 88(2) KE) (ara l-punti 81, 82)

7.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Projbizzjoni — Derogi — Għajnuna li tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq komuni — Evalwazzjoni fid-dawl tal-Artikolu 87 KE — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ prattika preċedenti — Esklużjoni (Artikolu 87(3)(ċ) KE) (ara l-punt 102)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/944/KE, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar l-iskemi tal-għajnuna mill-Istat C 6/04 (eks NN 70/01) u C 5/05 (eks NN 71/04) implimentati mill-Italja favur bdiewa bis-serer (eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fuq id-diżil użat għat-tisħin tas-serer) (ĠU L 327, p. 6).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.