Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Settembru 2011 - Kadio Morokro vs Il-Kunsill

(Kawża T-316/11)1

"Politika barranija u ta' sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire - Iffriżar ta' fondi - Obbligu ta' motivazzjoni"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mathieu Kadio Morokro (Cocody, Côte d'Ivoire) (rappreżentant: S. Le Damany, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u G. Étienne, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/221/PESK, tas-6 ta' April 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire (ĠU L 93, p. 20), u min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 330/2011, tas-6 ta' April 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire (ĠU L 93, p. 10), sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni 2011/221/PESK tal-Kunsill, tas-6 ta' April 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 330/2011, tas-6 ta' April 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire, huma annullati, sa fejn dawn jikkonċernaw lil M. Kadio Morokro.

L-effetti tad-Deċiżjoni 2011/221 huma miżmuma f'dak li jikkonċernaw lil M. Kadio Morokro sakemm l-effett tal-annullament tar-Regolament Nru 330/2011 jidħol fis-seħħ.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat, minbarra għall-ispejjeż tiegħu stess, għall-ispejjeż sostnuti minn M. Kadio Morokro.

____________

1 - ĠU C 226, 30.07.2011.