Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2013 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-474/10) 1

[“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Provvista ta’ servizzi esterni għall-iżvilupp, l-istudju u s-sostenn ta’ sistemi ta’ informazzjoni (ESP DESIS II) – Klassifikazzjoni ta’ offerent – Għoti ta’ kuntratt – Obbligu ta’ motivazzjoni – Trasparenza – Ugwaljanza fit-trattament – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Responsabbiltà mhux kuntrattwali”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment N. Bambara u S. Delaude, sussegwentement S. Delaude, aġenti, assistiti minn O. Graber-Soudry, solicitor)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament ta’ erba’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni kkomunikati permezz ta’ erba’ ittri distinti tas-16 ta’ Lulju 2010 li l-offerta tar-rikorrenti, sottomessa fil-kuntest tas-sejħa għal offerti DIGIT/R2/PO/2009/045, dwar is-“Servizzi esterni għall-iżvilupp, l-istudju u s-sostenn ta’ sistemi ta’ informazzjoni” (ESP DESIS II) (ĠU 2009/S 198-283663), tiġi kklassifikata, għal-Lott Nru 1A fit-tieni pożizzjoni, għal-Lott Nru 1 B fit-tielet pożizzjoni, għal-Lott Nru 1C fit-tieni pożizzjoni u għal-Lott Nru 3 fit-tielet pożizzjoni, kif ukoll tad-deċiżjonijiet kollha tad-Direttorat Ġenerali tal-Informazzjoni tal-Kummissjoni relatati magħhom, inklużi dawk li l-kuntratti rispettivi jingħataw lill-offerenti kklassifikati fl-ewwel u fit-tieni pożizzjonijiet, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 346, 18.12.2010.