Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta' Diċembru 2009 - Allen et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-103/09)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: John Allen (Oxford, ir-Renju Unit) et (rappreżentanti: P. Lasok, I. Hutton, B. Lask, Barristers)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Talba għal kumpens u għall-annullament ta' deċiżjoni li tiċħad il-ħlas ta' kumpens għad-dannu sostnut minn kull wieħed mir-rikorrenti bħala riżultat tal-fatt li ħadd minnhom ma ġie impjegat bħala membru tal-persunal temporanju tal-Komunitajiet waqt iż-żmien li fih kienu jaħdmu għall-impriża konġunta JET.

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrenti jitolbu lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sabiex jogħġbu:

jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Settembru 2009;

jiddikjara li r-rikorrenti kellhom d-dritt jiġu ttrattati, u kellhom jiġu ttrattati bħala "personal ieħor" u/jew impjegati bħala tali, skont l-Artikolu 8 tal-istatuti oriġinali ta' JET;

jiddikjara li l-Kummissjoni ddiskriminat kontrihom mingħajr ġustifikazzjoni oġġettiva waqt l-impjieg tagħhom fil-proġett JET, fir-rigward tar-renumerazzjoni, id-drittijiet ta' pensjoni u benefiċċji relatati u s-sigurtà ta' impjieg futur tagħhom;

jordna lill-Kummissjoni tikkumpensa lir-rikorrenti għat-telf ta' dħul, pensjonijiet u benefiċċji u privileġġi relatati kkawżati mill-imsemmi ksur tal-liġi Komunitarja, inklużi, jekk ikun il-każ, l-interessi fuq dawn is-sommom;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż; u

jieħu kull miżura addizzjonali u jagħti kull kumpens addizjonali, abbażi tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u/jew ir-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li huwa jqis neċessarji, ġusti jew ekwi.

____________