Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fit-8 ta’ Marzu 2022 – BK u ZhP

(Kawża C-176/22)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Spetsializiran nakazatelen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

BK u ZhP

Domanda preliminari

L-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jobbliga lill-qorti nazzjonali li tkun għamlet rinviju għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE tissospendi kompletament il-proċedura fil-kawża prinċipali jew huwa biżżejjed li tissospendi biss il-parti minn din il-proċedura li hija kkonċernata mid-domanda magħmula?

____________