Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-29 ta’ Marzu 2021 – Staatssecretaris van Financiën, parti oħra fil-proċedura: X

(Kawża C-194/21)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën

Parti oħra fil-proċedura: X

Domandi preliminari

L-Artikoli 184 u 185 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud 1 għandhom jiġu interpretati fis-sens li persuna taxxabbli li, mal-akkwist ta’ oġġett jew ta’ servizz, ma tkunx naqqset it-taxxa tal-input (iktar ’il quddiem it-“tnaqqis inizjali”) skont l-użu previst tal-oġġett jew tas-servizz għall-finijiet ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli, u fit-terminu stabbilit mid-dritt nazzjonali, hija awtorizzata, fil-kuntest tar-regolarizzazzjoni – fl-okkażjoni tal-ewwel użu sussegwenti minn dan l-oġġett jew servizz – tagħmel dan it-tnaqqis jekk l-użu effettiv ma jkunx, fil-mument ta’ din ir-regolarizzazzjoni, differenti mill-użu li kien previst?

Huwa rilevanti, sabiex tingħata risposta għall-ewwel domanda, li l-ommissjoni ta’ tnaqqis inizjali ma tkunx marbuta ma’ frodi jew ma’ abbuż ta’ dritt, u li ma jkunux ġew ikkonstatati konsegwenzi dannużi għat-Teżor?

____________

1 ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.