Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Mejju 2015 – Dupré vs SEAE

(Kawża F-11/14) 1

(Servizz pubbliku – Persunal tas-SEAE – Membru tal-persunal temporanju – Artikolu 98 tar-Regolamenti tal-Persunal – Artikolu 2(e) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg – Kuntratt ta’ reklutaġġ – Klassifikazzjoni – Eċċezzjoni ta’ illegalità tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti – Pożizzjoni tal-grad AD 5 miftuħ għall-persunal tas-servizzi diplomatiċi nazzjonali u għall-uffiċjali tal-gradi AD 5 sa AD 14 – Prinċipju ta’ korrispondenza bejn il-grad u l-pożizzjoni – Sentenza fil-kontumaċja)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Bruno Dupré (Etterbeek, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Tymen, avukati)

Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna  (rappreżentanti: S. Marquardt u M. Silva, aġenti)Suġġett tal-kawżaIt-talba għall-annullament tal-kuntratt tar-rikorrent sa fejn dan jikklassifikah fil-grad AD5 u talba għal kumpens għad-dannu allegatament imġarrab. Dispożittiv Ir-rikors huwa miċħud.Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.