Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2023 – Indetec vs CINEA

(Kawża T-250/22) 1

[“Azzjoni għal annullament u għad-danni – Klawżola ta’ arbitraġġ – Il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) – Ftehim ta’ sussidju – Deċiżjoni li tikklassifika bħala nfiq ineliġibbli ċerti spejjeż marbuta ma’ kuntratt ta’ subappalt – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal amministrazzjoni tajba – Artikolu 202(4) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 – Drittijiet tad-difiża – Proporzjonalità – Rikors parzjalment manifestament mressaq quddiem qorti li ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tiegħu u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ingeniería para el Desarrollo Tecnológico, SL (Indetec) (Valencia, Spanja) (rappreżentant: J. Navas Marqués, avukat)

Konvenuti: L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent (rappreżentanti: I. Ramallo u P. Rosa Plaza, aġenti, assistiti minn J. Rivas Andrés u A. Manzaneque Valverde, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikoli 263 u 272 TFUE, ir-rikorrenti titlob lil Qorti Ġenerali, l-ewwel, tannulla d-deċiżjoni inkluża fl-ittra bir-referenza Ares(2022) 1775149 tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent (iċ-CINEA), tal-10 ta’ Marzu 2022, li permezz tagħha ċertu spejjeż marbuta ma’ kuntratt ta’ subappalt ġew ikkwalifikati bħala nfiq ineliġibbli, it-tieni, li tiddeċiedi fis-sens li r-rikorrenti korrettament applikat l-Klawżola II.9.1 tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-ftehim ta’ sussidju li hija tagħmel parti minnu u, it-tielet, tikkundanna l-Kummissjoni Ewropea u tħallasha s-somma ta’ EUR 335 900 fl-eżekuzzjoni tal-obbligi kuntrattwali tagħha li joħorġu mill-imsemmi ftehim.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ingeniería para el Desarrollo Tecnológico, SL (Indetec) hija kkundanata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 244, 27.06.2022.