Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2023 – bet365 Group vs EUIPO (bet365)

(Kawża T-764/22) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea bet365 – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: bet365 Group Ltd (Stoke-on-Trent, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. van Manen u E. van Gelderen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Eberl, aġent)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-19 ta’ Settembru 2022 (Każ R 622/2022-4).

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-19 ta’ Settembru 2022 (Każ R 622/2022-4) hija annullata sa fejn din tikkonċerna l-“[a]ffarijiet stampati u pubblikazzjonijiet stampati”; [ir-]rivisti, manwali, bullettini ta’ informazzjoni, [il-]materjal ta’ struzzjoni u ta’ tagħlim; [il-]kalendarji; biljetti; biljetti stampati”, li jaqgħu taħt il-Klassi 16, ir-[r]eklamar; [il-]ġestjoni ta’ negozju; [l-]amministrazzjoni ta’ negozju; [il-]funzjonijiet tal-uffiċċju; [is-]servizzi tal-ipproċessar ta’ dejta onlajn; [it-]tbassir ekonomiku; [il-]votazzjoni tal-opinjonijiet; [l-]istudji tas-suq; [l-]immudellar għall-irreklamar jew għall-promozzjoni tal-bejgħ”, li jaqgħu taħt il-Klassi 35, u s-[s]ervizzi informatiċi ta’ parir, ta’ assistenza u ta’ tfassil, [il-]lokazzjoni u [l-]kiri ta’ softwer, [l-]ipprogrammar ta’ kompjuters”, li jaqgħu taħt il-Klassi 42.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 35, 30.1.2023.