Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2023 – Zubitskiy vs Il-Kunsill

(Kawża T-359/22) 1

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi – Lista ta’ persuni, entitajiet u organi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Inklużjoni tal-isem tar-rikorrent fil-lista – Kunċett ta’ ‘negozjanti ewlenin’ – Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball ta’ evalwazzjoni – Dritt għall-proprjetà – Libertà ta’ intrapriża – Proporzjonalità”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Evgeny Borisovich Zubitskiy (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: P. Zeller u D. Reingewirtz, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Lejeune, V. Piessevaux u X. Chamodraka, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/581 tat-8 ta’ April 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 110, p. 3, rettifiki fil-ĠU 2022, L 141, p. 130 u fil-ĠU 2023, L 39, p. 64), sa fejn dan l-att jikkonċernah.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Evgeny Borisovich Zubitskiy għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

____________

1     ĠU C 294, 1.8.2022.