Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 27 ta’ Novembru 2014 – Hesse u Lutter & Partner vs UASI – Porsche (Carrera)

(Kawża T-173/11) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Carrera – Trade marks Komunitarja u nazzjonali verbali preċedenti CARRERA – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Vantaġġ inġust mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti – Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 – Sostituzzjoni parzjali ta’ parti fil-kawża”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Kurt Hesse (Nuremberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Krogmann, avukat); u Lutter & Partner GmbH (Garching, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Lindner, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Stolz, avukat)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Jannar 2011 (Każ R 306/2010-4), dwar proċediment ta’ opożizzjoni bejn Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG u Kurt Hesse.Dispożittiv1)    Ir-rikors huwa miċħud.2)     Kurt Hesse u Lutter & Partner GmbH huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom, kif ukoll, kull wieħed minnhom, nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u minn Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG.