Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ġunju 2015 – Stayer Ibérica vs UASI – Korporaciya “Masternet” (STAYER)

(Kawża T-254/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja figurattiva STAYER – Trade mark internazzjonali verbali preċedenti STAYER – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b), u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Stayer Ibérica, SA (Pinto, Spanja) (rappreżentant: S. Rizzo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: ZAO Korporaciya “Masternet” (Moska, ir-Russja) (rappreżentant: N. Bürglen, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Marzu 2013 (Każ R 2196/2011-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn ZAO Korporaciya “Masternet” u Stayer Ibérica, SA.Dispożittiv1)    Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-4 ta’ Marzu 2013, (Każ R 2196/2011-2) hija annullata sa fejn hija ddikjarat l-invalidità tat-trade mark Komunitarja figurattiva STAYER għat-“Tagħmir u għodod; partijiet ta’ magni għall-qtugħ u għall-ippolixxjar tad-djamanti; partijiet u roti għall-qtugħ għall-industriji li ġejjin; irħam; granit; ġebel; tafal; ċangaturi; madum u brikk, u b’mod ġenerali, għodod għall-qtugħ bħala partijiet minn tagħmir inkluż fil-Klassi 7”, li jaqgħu taħt il-Klassi 7, kif ukoll għall-“oġġetti għall-brix li jistgħu jinżammu fl-idejn (roti u roti għat-tisnin)”, li jaqgħu taħt il-Klassi 8.2)    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.3)    L-UASI, Stayer Ibérica, SA u ZAO Korporaciya “Masternet” għandhom ibatu, kull wieħed, l-ispejjeż rispettivi tagħhom.