Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Ġunju 2011 - Amador López vs UASI (AUTOCOACHING)

(Kawża T-325/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Pedro Germán Amador López (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: A. Falcón Morales, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tieħu att tal-preżentata ta' dan ir-rikors, bid-dokumenti tiegħu, u billi tibbaża ruħa, fuq il-preżentata ta' rikors kontra d-deċiżjoni ta' ċaħda parzjali mogħtija mit-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern fit-2 ta' Marzu 2011 fil-Każ R 1665/2010-2, tiddikjara r-rikors ammissibbli u tannulla din id-deċiżjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata : it-trade mark verbali "AUTOCOACHING" (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 8 945 362), għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 41 u 45.

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda parzjalment.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: applikazzjoni u interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, dwar it-trade mark Komunitarja.

____________