Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta' Ġunju 2011 - Brainlab vs UASI (BrainLAB)

(Kawża T-326/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Brainlab AG (Feldkirchen, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Bauer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta' April 2011 fil-Każ R 1596/2010-4;

tirrinvija l-każ quddiem ir-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) sabiex dan jiddeċiedi jekk id-diliġenza meħtieġa ġietx osservata fil-kuntest tat-tiġdid tat-trade mark Komunitarja kkonċernata, BrainLAB, Nru 1 290 113

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali BrainLAB, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 10 u 42.

Deċiżjoni tal-dipartiment "Reġistru u databases relatati": talba għal restitutio in integrum, f'dak li jikkonċerna t-terminu tal-preżentata tal-applikazzjoni għat-tiġdid u tal-ħlas tad-dritt għat-tiġdid, miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: talba għal restitutio in integrum miċħuda u konstatazzjoni tal-iskadenza tat-trade mark Komunitarja Nru 1 290 113.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 81 tar-Regolament Nru 207/2009, peress li, minkejja l-osservanza tad-diliġenza kollha meħtieġa fiċ-ċirkustanza, ma kienx possibbli għall-persuni kollha kkonċernati li jirrispettaw terminu fir-rigward tal-konvenut, li minnu rriżulta telf ta' dritt u li t-terminu ta' xahrejn previst għall-preżentata tat-talba għal restitutio in integrum ġie osservat.

____________