Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta' Ġunju 2011 - Vinci Energies Schweiz vs UASI - Estavis (rappreżentazzjoni bl-isfar tal-Bieb ta' Brandeburg)

(Kawża T-327/11)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Vinci Energies Schweiz AG (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Graf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Part oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Estavis AG (Berlin, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-31 ta' Marzu 2011, fil-Każ R 231/2010-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Estavis AG.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Rappreżentazzjoni tal-Bieb ta' Brandeburg bil-kulur isfar-għasel għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 7, 9, 11, 35, 36, 37, 38, 40, 41 u 42 - Applikazzjoni Nru 6 585 871.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti.

Trade mark jew sinjal invokat: Trade mark figurattiva "ETAVIS" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 7, 9, 11, 35, 37, 38, 40, 41, 42 u 45.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa parzjalment.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni ġiet annullata u l-oppożizzjoni ġiet rifjutata.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 peress li teżisti bejn it-trade marks opposti probabbiltà ta' konfużjoni minħabba l-karattru distintiv tat-trade mark oppost u tal-identiċità, jew rispettivament, tas-similarità qawwija, tat-trade marks opposti.

____________