Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' April 2012 - Leifheit vs UASI (EcoPerfect)

(Kawża T-328/11) 

["Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali EcoPerfect - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Leifheit AG (Nassau, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Hasselblatt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: K Klüpfel, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-31 ta' Marzu 2011 (Każ R 1658/2010-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali EcoPerfect bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Leifheit AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 269, 10.09.2011.