Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Mejju 2015 – Vinci Energies Schweiz vs UASI – Accentro Real Estate (ESTAVIS 1993)

(Kawża T-327/11) 1

(“Trade mark Komunitarja – Oppożizzjoni – Irtirar tal-oppożizzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Vinci Energies Schweiz AG (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Graf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment G. Schneider, sussegwentement G. Schneider u D. Botis, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Accentro Real Estate AG, li preċedentement kienet Estavis AG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment T. Wieland, sussegwentement T. Wieland u S. Müller, avukati)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-31 ta’ Marzu 2011 (Każ R 231/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Vinci Energies Schweiz AG u Estavis AG.DispożittivMa hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-konvenut.L-intervenjenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.