Language of document : ECLI:EU:C:2018:669

Kawża C527/16

Salzburger Gebietskrankenkasse u Bundesminister für Arbeit, Soziales und Konsumentenschutz

vs

Alpenrind GmbH et

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Verwaltungsgerichtshof)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sigurtà soċjali – Regolament (KE) Nru 987/2009 – Artikoli 5 u 19(2) – Ħaddiema kkollokati fi Stat Membru differenti minn dak li fih hija l-persuna li timpjega teżerċita normalment l-attivitajiet tagħha – Ħruġ ta’ ċertifikati A1 mill-Istat Membru ta’ oriġini wara r-rikonoxximent mill-Istat Membru ospitanti tal-issuġġettar tal-ħaddiema għall-iskema tas-sigurtà soċjali tiegħu – Opinjoni tal-Bord Amministrattiv – Ħruġ bi żball taċ-ċertifikati A1 – Konstatazzjoni – Natura vinkolanti u effett retroattiv ta’ dawn iċ-ċertifikati – Regolament (KE) Nru 883/2004 – Leġiżlazzjoni applikabbli – Artikolu 12(1) – Kunċett ta’ persuna li tkun “intbagħtet hemm biex tieħu post persuna oħra””

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018

1.        Sigurtà soċjali – Ħaddiema migranti – Leġiżlazzjoni applikabbli – Ħaddiema kkollokati fi Stat Membru differenti minn dak tal-istabbiliment tal-persuna li timpjega – Ċertifikat A1 maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment – Valur probatorju fir-rigward tal-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-Istati membri l-oħra kif ukoll tal-qrati ta’ dawn tal-aħħar

(Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 883/2004, Artikolu 12(1), u Nru 987/2009, Artikoli 5(1) u 19(2))

2.        Sigurtà soċjali – Ħaddiema migranti – Leġiżlazzjoni applikabbli  – Ħaddiema kkollokati fi Stat Membru differenti minn dak tal-istabbiliment tal-persuna li timpjega – Ċertifikat A1 maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment – Valur probatorju fir-rigward tal-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-Istati membri l-oħra kif ukoll tal-qrati ta’ dawn tal-aħħar – Kundizzjoni – Ċertifikat li la ġie rtirat u lanqas ma ġie ddikjarat invalidu – Kummissjoni amministrattiva għas-sigurtà soċjali li tiddeċiedi, fil-kuntest tal-proċedura ta’ konċiljazzjoni, li toħroġ b’mod żbaljat iċ-ċertifikat u l-ħtieġa li jiġi rtirat – Ħruġ taċ-ċertifikat wara r-rikonoxximent mill-Istat Membru ospitanti tal-issuġġettar tal-ħaddiem ikkonċernat għas-sistema tas-sigurtà soċjali tiegħu – Assenza ta’ effett fuq is-saħħa probatorja– Effett retroattiv taċ-ċertifikat – Ammissibbiltà

(Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 883/2004, Artikolu 12(1), u Nru 987/2009, Artikoli 5, 19(2) u 89(3))

3.        Sigurtà soċjali – Ħaddiema migranti – Leġiżlazzjoni applikabbli – Ħaddiema kkollokati fi Stat Membru differenti minn dak tal-istabbiliment tal-persuna li timpjega – Kunċett ta’ persuna li tkun “intbagħtet hemm biex tieħu post persuna oħra”– Sostituzzjoni ta’ ħaddiem ikkollokat minn ħaddiem ikkollokat ieħor– Inklużjoni – Il-persuni li ħaddmu liż-żewġ ħaddiema kkonċernati li għandhom is-sede tagħhom fl-istess Stat Membru– Eżistenza ta’ eventwali rabtiet personali jew organizzattivi bejniethom – Assenza ta’ effett

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 883/2004, Artikolu 12(1))

1.      L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1244/2010, moqri flimkien mal-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1244/2010 tad-9 ta’ Diċembru 2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li ċertifikat A1, maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti ta’ Stat Membru, skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, jorbot kemm lill-istituzzjonijiet tas-sigurtà, kif emendat bir-Regolament Nru 1244/2010, jorbot mhux biss l-istituzzjonijiet tal-Istat Membru fejn titwettaq l-attività, iżda wkoll il-qrati ta’ dak l-Istat Membru.

(ara l-punt 47, dispożittiv 1)

2.      L-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 987/2009, kif emendat bir-Regolament Nru 1244/2010, moqri flimkien mal-Artikolu 19(2) tar-Regolament Nru 987/2009, kif emendat bir-Regolament Nru 1244/2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li ċertifikat A1, maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti ta’ Stat Membru skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004, kif emendat bir-Regolament Nru 1244/2010, jorbot kemm l-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru li fih l-attività hija eżerċitata kif ukoll il-qrati ta’ dak l-Istat Membru sakemm dan iċ-ċertifikat la ġie irtirat u lanqas ġie ddikjarat invalidu mill-istituzzjoni tal-Istat Membru li fih ikun ġie stabbilit, anki meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ dan l-aħħar Stat Membru fih hija eżerċitata l-attività jkunu ressqu l-każ quddiem il-Kummissjoni Amministrattiva għall-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali u meta din tkun ikkonkludiet li dan iċ-ċertifikat inħareġ b’mod żbaljat u li għandu jiġi rtirat.

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 987/2009, kif emendat bir-Regolament Nru 1244/2010, moqri flimkien mal-Artikolu 19(2) tar-Regolament Nru 987/2009, kif emendat bir-Regolament Nru 1244/2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li ċertifikat A1 maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti ta’ Stat Membru skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004, kif emendat bir-Regolament Nru 1244/2010, jorbot kemm l-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru li fih l-attività hija eżerċitata kif ukoll lill-qrati ta’ dak l-Istat Membru, jekk ikun il-każ, b’effett retroattiv, minkejja li din il-liċenzja tkun inħarġet biss wara li l-imsemmi Stat Membru kien issuġġetta lill-ħaddiem ikkonċernat għall-assigurazzjoni obbligatorja taħt il-leġiżlazzjoni tiegħu.

Għaldaqstant għandu jiġi kkonstatat li r-rwol tal-Kummissjoni Amministrattiva fil-kuntest tal-proċedura prevista fl-Artikolu 5(2) sa (4) tar-Regolament Nru 987/2009 huwa limitat sabiex tirrikonċilja l-fehmiet tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jkunu adixxewha.

Din il-konstatazzjoni ma hijiex ikkontestata mill-Artikolu 89(3) tar-Regolament Nru 987/2009, li jipprovdi li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet tagħhom huma konxji ta’ u japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni kollha, leġiżlattivi jew ta’ natura oħra, inklużi d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva, fl-oqsma koperti mir-Regolamenti Nri 883/2004 u 987/2009 u fil-kundizzjonijiet li jipprevedu, peress li din id-dispożizzjoni bl-ebda mod ma tfittex li tbiddel ir-rwol tal-Kummissjoni Amministrattiva fil-kuntest tal-proċedura li għaliha jsir riferiment fil-punt preċedenti u għalhekk il-valur ta’ opinjoni li jkollhom il-konklużjonijiet li din il-kummissjoni tasal għalihom fil-kuntest ta’ din il-proċedura.

(ara l-punti 62–64, 77, dispożittiv 2)

3.      L-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004, kif emendat bir-Regolament Nru 1244/2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ fejn ħaddiem, li huwa kkollokat minn mill-persuna li timpjegah biex iwettaq xogħol fi Stat Membru ieħor, jiġi ssostitwit minn ħaddiem ieħor ikkollokat minn persuna li timpjega oħra, dan il-ħaddiem għandux jiġi kkunsidrat bħala mibgħut “biex [j]ieħu post persuna oħra”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, b’tali mod li ma tistax tibbenefika mir-regola speċjali prevista fl-imsemmija dispożizzjoni sabiex jibqa’ suġġett għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih il-persuna li timpjega normalment twettaq l-attivitajiet tagħha.

Il-fatt li l-persuni li jimpjegaw liż-żewġ ħaddiema kkonċernati għandhom is-sede tagħhom fl-istess Stat Membru jew il-fatt li għandhom relazzjonijiet possibbli personali jew organizzazzjonali ma humiex rilevanti f’dan ir-rigward.

(ara l-punt 100, dispożittiv 3)