Language of document : ECLI:EU:T:2010:130





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2010 – Alisei vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-16/10 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Programm li jistabbilixxi ‘faċilità tal-ikel’ iddestinat għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw – Sejħa ghal proposti għall-għoti ta’ sussidji – Rifjut ta’ sussidju – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ interess ġuridiku – Ksur tar-rekwiżiti proċedurali – Inammissibbiltà”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva - Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika - Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 11-13)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Interess tar-rikorrent li jikseb is-sospensjoni - Deċiżjoni amministrattiva negattiva (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 25, 26)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Rikors - Rekwiżiti proċedurali - Indikazzjoni preċiża tas-suġġett tat-talba - Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1)(d), u 104(3)) (ara l-punt 27)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Interess ġuridiku (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE) (ara l-punti 28-32)

5.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 35, 36)

6.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Dannu finanzjarju - Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 38-45)

7.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Ksur mill-att ikkontestat ta’ dispożizzjoni legali superjuri (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 46)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji dwar l-għażla ta’ applikazzjonijiet għal sussidju ppreżentati fil-kuntest tal-programm “Faċilità ta’ risposta ta’ malajr għaż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-ikel fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw” (EuropeAid/128608/C/ACT/Multi).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.