Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ġunju 2017 – Fakro vs EUIPO – Saint Gobain Cristalería (climaVera)

(Kawża T-457/15) 1

[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea climaVera – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti CLIMAVER DECO – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fakro sp. z o.o. (Nowy Sącz, il-Polonja) (rappreżentant: J. Radłowski, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Saint Gobain Cristalería, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: E. Bayo de Gispert, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Mejju 2015 (Każ R 2095/2014-2), rigward proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Saint Gobain Cristalería u Fakro.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Fakro sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 328, 5.10.2015.