Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2014 – Lardini vs UASI (Tqegħid ta’ fjura fuq pavru)

(Kawża T-131/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti fit-tqegħid ta’ fjura fuq pavru – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Lardini Srl (Filottrano, l-Italja) (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti, F. Rossi u N. Parrotta, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u N. Bambara, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Diċembru 2012 (Każ R 2578/2011-1), li tikkonċerna talba għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal li jikkonsisti fit-tqegħid ta’ fjura fuq pavru bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Lardini Srl hija kkundannata għall-ispjjeż.

____________

1     ĠU C 141, 18.05.2013.