Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Alpiq RomIndustries u Alpiq RomEnergie vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-129/13) 1
(“Għajnuna mill-Istat – Elettriku – Tariffi preferenzjali – Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108 (2) TFUE – Rikors għal annullament – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Miżura ta’ għajnuna totalment eżegwita fid-data tal-preżentata tar-rikors – Inammissibbiltà”)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Alpiq RomIndustries Srl (Bukarest, ir-Rumanija) u Alpiq RomEnergie Srl (Bukarest) (rappreżentanti: H. Wollmann u F. Urlesberger, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti)
Suġġett
Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 2542 finali, tal-25 ta’ April 2012, li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE dwar l-għajnuna mill-Istat SA 33451 (2012/C) (ex 2012/NN) – Ir-Rumanija – Tariffi preferenzjali f’kuntratti bejn Hidroelectrica SA u fornituri tal-elettriku.Dispożittiv1) Ir-rikors huwa miċħud.2) Alpiq RomIndustries Srl u Alpiq RomEnergie Srl huma kkundannati għall-ispejjeż.