Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2015 – Polynt u Sitre vs ECHA

(Kawża T-134/13) 1

(“REACH – Identifikazzjoni ta’ ċerti sensitizzaturi respiratorji bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna – Livell ta’ tħassib ekwivalenti – Rikors għal annullament – Interess dirett – Ammissibbiltà – Drittijiet tad-difiża – Proporzjonalità”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Polynt SpA (Scanzorosciate, l-Italja); u Sitre Srl (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: M. Heikkilä, W. Broere u T. Zbihlej, aġenti)

Partijiet konvenuti in sostenn tal-parti rikorrenti: New Japan Chemical (Osaka, il-Ġappun); u REACh ChemAdvice GmbH (Kelkheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem)

Partijiet konvenuti in sostenn tal-partijiet konvenuti: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: B. Koopman, M. Bulterman u C. Schillemans, aġenti); u Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Mifsud-Bonnici u K. Talabér-Ritz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ED/169/2012 tal-ECHA, tat-18 ta’ Diċembru 2012, dwar l-inklużjoni ta’ sustanzi ta’ tħassib serju ħafna fil-lista tas-sustanzi kandidati, skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1), sa fejn tirrigwarda s-cyclohexane-1,2-dicarboxylic (KE Nru 201-604-9), l-anhydride cis-cyclohexane-1,2-dicarboxylic (KE Nru 236-086-3) u l-anhydride trans-cyclohexane-1,2-dicarboxylic (KE Nru 238-009-9). DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Polynt SpA u Sitre Srl għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi taghom, dawk esposti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA).Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, il-Kummissjoni Ewropea, New Japan Chemical u REACh ChemAdvice GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.