Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2011 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-127/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: P. Nelissen Grade u G. Leblanc, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li ma tinkludix lir-rikorrent fuq il-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/177/10.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tat-3 ta’ Frar 2011 li ma tinkludix lir-rikorrent fuq il-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/177/10;

jannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-4 ta’ April 2011 li tikkonferma d-deċiżjoni tiegħu tat-3 ta’ Frar 2011 li ma tinkludix lir-rikorrent fuq il-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/177/10;

jannulla d-deċiżjoni tal-EPSO tad-29 ta’ Awwissu 2011 li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrent abbażi tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.