Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Novembru 2012 - CBI vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-137/10)

("Għajnuna mill-Istat - Sptarijiet pubbliċi - Sussidji mogħtija mill-awtoritajiet Belġjani lill-isptarijiet pubbliċi li jiffurmaw parti mill-assoċjazzjoni IRIS - Deċiżjoni fi tmiem il-fażi preliminari - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Servizz ta' importanza ekonomika ġenerali - Definizzjoni tal-funzjoni ta' servizz pubbliku - Proporzjonalità tal-kumpens għas-servizz pubbliku")

Lingwa tal-kawża: il-Franciż

Partijiet

Rikorrenti: Coordination bruxelloise d'Institutions sociales et de santé (CBI) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Waelbroeck u D. Slater, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewporea (rappreżentanti: B. Stromsky, C. Urraca Caviedes u S. Thomas, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u J. Gstalter, aġenti); Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: inizjalment M. Noort u M. de Ree, sussegwentement M. Noort, C. Wissels u J. Langer, aġenti); Ir-Région de Bruxelles-Capitale (il-Belġju); Il-Commune d'Anderlecht (il-Belġju); Il-Commune d'Etterbeek (il-Belġju); Il-Commune d'Ixelles (il-Belġju); Il-Ville de Bruxelles (il-Belġju); u Il-Commune de Saint-Gilles (il-Belġju) (rappreżentanti: P. Slegers u A. Lepièce, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 8120, tat-28 ta' Ottubru 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat NN 54/09 mogħtija mir-Renju tal-Belġju favur il-finanzjament tal-isptarijiet pubbliċi tan-netwerk IRIS tar-Région de Brussell-Capitale

Dispożittiv

1)    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 8120, tat-28 ta' Ottubru 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat NN 54/09 mogħtija mir-Renju tal-Belġju favur il-finanzjament tal-isptarijiet pubbliċi tan-netwerk IRIS tar-Région de Brussell-Capitale hija annullata.

2)    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Coordination bruxelloise d'institutions sociales et de santé (CBI).

3)    Ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Région Bruxelles-Capitale (il-Belġju), il-Commune d'Anderlecht (il-Belġju), il-Commune d'Etterbeek (il-Belġju), il-Commune d'Ixelles (il-Belġju), il-Ville de Bruxelles (il-Belġju) u l-Commune de Saint-Gilles (il-Belġju) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 148, 05.06.2010.