Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2023 – EFFAS vs EUIPO – CFA Institute (CEFA Certified European Financial Analyst)

(Kawża T-213/23)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: European Federation of Financial Analysts’ Societies (EFFAS) (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Manresa Medina, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: CFA Institute (Charlottesville, Virginia, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CEFA Certified European Financial Analyst – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 902 341

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Frar 2023 fil-Każ R 1418/2022-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjent possibbli għall-ispejjeż kollha ta’ din il-proċedura.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________